THURSDAY GOSPEL OF WEEK 13 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.
Mt 9, 1-8
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien, [Mt:9:1] Ġesù tala' f'dgħajsa, qasam il-baħar u baqa' sejjer fil-belt tiegħu.[Mt:9:2] U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: "Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura". [Mt:9:3] Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: "Dan qiegħed jidgħi". [Mt:9:4] Ġesù għaraf x'kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: "Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f'qalbkom? [Mt:9:5] Għax x'inhu l-eħfef, tgħid: "Dnubietek maħfura", jew tgħid: "Qum u imxi"? [Mt:9:6] Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art", qal lill-mifluġ: "Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek". [Mt:9:7] Dak qam u telaq lejn daru. [Mt:9:8] In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
![](https://s2.save4k.ru/pic/F5rzgOOVYvQ/mqdefault.jpg)