Kunċert “IKUN LI TRID INT. IT-TRIQ TAS-SALIB” mill-Kor Notre Dame taħt it-tmexxijia tas-Sinjura Tracy Galea Tabone fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna tal-Grazzja, Belt ta’ Ħaż-Żabbar, 25 ta’ Marzu 2023
Ħadu sehem flimkien mal-Kor
Orkestra
Flawt – Ylenia Barbara, Yonelle Farrugia
Klarinett – Francesca Troisi, Faith Mizzi
Soprano Saxaphone – Marcelle Zammit
Kurunetta – Thomas Lombardo
Vjolini – Joseph Ċiprian Magri, Gabriella Vella
Pjanu – Annalise Xuereb
Qarrejja mill-Grupp taż-Żgħażagħ 15Eight
Kienu taħt il-gwida ta’ Ms Yvette Grech Buhagiar
Hailey Coleiro
Arianna Bonnici
Kyra Gauci
Kendrya Cassar
Kylie Borg
Martina Demanuele
Mattea Demanuele
Amaia Lia
Dawl u Loġistika – Bjorn Galea u Shakin Music Entertainment
O Nisa Ta’ Ġerusalemm
O nisa ta’ Ġerusalemm li qed titwaħħxu b’dan id-demm.
La tibkux lili, ibku lilkom u ‘l uliedkom.
Ftit ieħor u jien ngħaddi ‘l hemm, u inthom tibqgħu f’dan il-hemm.
La tibkux lili, ibku lilkom u ‘l uliedkom.
Jien qed inġorr salib illi mhux tiegħi.
Id-dnub li qed inħoll ma twelidx miegħi.
La tibkux lili, ibku lilkom u ‘l uliedkom.
Intom titkexkxu għax taraw id-dmija
Aħjar tistaqsu ta’ min hija l-ħtija.
La tibkux lili, ibku lilkom u ‘l uliedkom.
U la toqtluni ma rridx dmugħ, anqas kuruni.
Aħjar tagħrfuni w tibqgħu tiftakruni.
La tibkux lili, ibku lilkom u ‘l uliedkom.
Jien qiegħed nagħmel dak li ried Missieri.
Nixtieqkom tifhmu naqra x’jiġifieri.
La tibkux lili, ibku lilkom u ‘l uliedkom.
Ещё видео!