Fadal sens fil-ħajja?
Wara l-mewta mhux mistennija tal-eks membru parlamentari u uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista Karl Gouder li ħalla vojt wara li ħasad lil tant qraba, ħbieb u kollegi tiegħu, qed iqumu ħafna mistoqsijiet.
Andrew Azzopardi on RTK103 jitratta dan u diversi suġġetti oħra:
- Temi attwali: Diskussjoni fl-istudios mal-opinjonisti Christine Amaira, Julian Vella u il-Kap tal-ADPD Sandra Gauci u b’ links telefoniċi ma’ Christine Cassar tal-Moviment Graffiti, il-Viċi Kap tal-PN Dr Alex Perici Calascione u bi stedina miftuħa għall-Ministru Byron Camilleri.
- X’jiġi l-ewwel, ir-reżiljenza jew it-talent? Intervista ma’ Cynthia Bonnici, omm it-tfajla Alessia li tinstab fuq l-ispettru u li hija wkoll mużiċista ta’ livell gholi li issa anke qed tibda tikkomponi l-mużika tagħha.
- Xi jfisser il-mudell ekonomiku ġdid li nħambqu fuqu? Intervista mal-President tal-MCESD, il-Perit David Xuereb
- Fadal sens fil-ħajja? Fadal għal xiex ngħixu? Niddiskutu mal-esperti fis-saħħa mentali mal-lettur Prof. Paulann Grech u l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond Daniela Calleja Bitar, b’kollegament telefoniku ma’ Emma Agius li qed taħdem fuq l-isfidi tas-saħħa mentali tagħha.
Intervista ma’ Maruska u Josie dwar il-ħajja rigal ta’ binhom Jake Vella
Andrew Azzopardi on RTK103 jixxandar kull nhar ta’ Sibt bejn id-9am u 12pm.
Ещё видео!