Cliff Zammit Stevens - FIL-QRIB
Available on all streaming platforms including;
Spotify : [ Ссылка ]
Apple Music : [ Ссылка ]
Fil-Qrib was composed by Philip Vella and Lyrics by Joe Julian Farrugia.
Music video directed by Steven Levi Vella
Fil-Qrib Lyrics
Meta f’moħħi jtambru l-ħsibijiet
jidher kollox kontra, mnalla jkun hemm int
Meta f’jiemi jsaltnu d-dlamijiet
insib lilek ħdejja, wens bla trufijiet
Xemx li tħoll iċ-ċpar
tiddi lejl u nhar...
REF : Int... f’ħajti kollox int
timlini bit-tamiet, bil-ħajja
Dinja mingħajr kulur
bla sens, bla tama, kieku ma tkunx hawn... fil-qrib
Bik hawn ħdejja rajt it-tibdiliet
ħajja oħra qisni rġajt twelidt mill-ġdid
Daqs kemm tħobbni int ma jħobbni ħadd
xejn ma nixtieq aktar, daqsek ħadd u qatt
Bik l-imgħoddi nsejt
qalbi bik imlejt
REF : Int... f’ħajti kollox int
timlini bit-tamiet, bil-ħajja
Dinja mingħajr kulur
bla sens, bla tama, kieku ma tkunx hawn... fil-qrib
BRIDGE : Kif ġejt int, ħadt in-nifs, salvajtni dakinhar
Ma noħlomx kif nista’ nkun aħjar...
REF : Int... f’ħajti kollox int
timlini bit-tamiet, bil-ħajja
Dinja mingħajr kulur
bla sens, bla tama, kieku ma tkunx hawn... fil-qrib
![](https://i.ytimg.com/vi/uq0_zc_OR3E/maxresdefault.jpg)